Lokali Parlament

Fl-aħħar leġiżlatura l-Gvern għamel diżastru fl-ambjent

Marlene Farrugia

– Marlene Farrugia, PD

Id-deputat tal-PD Marlene Farrugia sostniet li fl-aħħar leġiżlatura l-Gvern kisser l-ambjent bl-ERA ma tieħux il-passi meħtieġa.

Fid-dibattitu dwar l-ERA, Marlene Farrugia qalet li l-pajjiż għandu jkollu infrastruttura adatta u sostniet li l-ERA għandha tkun b’saħħitha biex tiffunzjona.

Hi tkellmet dwar l-inrenzjoni tal-gvern tal-ġurnata u qalet li jekk dawn l-intenzjonijiet ikunu negattiv allura jkun hemm problemi biex l-ERA tiffunzjona.

Id-deputat tal-PD semmiet il-wirt storiku u qalet li min jinvesti fil-porpjetà antiki jkun qed jagħmel investiment aħjar mid-djar moderni li huma kollha l-istess.

Hi pproponiet li l-bini l-ġdid għandu jirrispetta l-idenità Maltija. Għandu jkun hemm bilanċ mal-ambjent biex il-prodott Malta jissaħħaħ.

Marlene Farrugia kompliet li l-ispekulaturi tal-propjetà qed jirvinaw it-toroq u l-mod kif jgħixu n-nies. Hi semmiet Tas-Sliema, Tal-Pietà, San Ġiljan u l-Gżira u qalet li lin-nies ta’dawn il-lokalitajiet qed titteħdilhom il-paċi u l-istil ta’ ħajja. L-ERA għandha obbligu li tipproteġi s-saħħa tal-bniedem.

Għalhekk l-ERA trid tingħata s-saħħa biex tkun proattiva u tirreaġixxi b’mod proattiv, pożittiv u b’saħħtu iżda trid tingħata s-saħħa li tinforza.

L-ERA trid taħdem id f’id mal-entitajiet l-oħra li jirregolaw l-ambjent kif ukoll l-għaqdiet ambjentali li huma biss tkellmu dwar il-protezzjoni għall-ambjent.

Fl-aħħar leġiżlatura l-Gvern għamel diżastru fl-ambjent u quddiem dan kollu l-ERA ma ħditx il-passi meħtieġa. Jeħtieġ li jkun hemm tisħiħ tas-sengħa tar-restawr fil-pajjiż. L-ERA għandha taħdem ukoll mas-settur agrikolu għaliex il-problema tal-ilma se tkun kbira f’dan il-pajjiż.

Marlene Farrugia semmiet il-fishfarms u qalet li dawn l-operaturi għandhom juru rispett wara li ngħataw il-baħar biex joperaw minnu. Hi qalet li l-effetti negattiv fuq il-baħar kellha effetti ufq diversi setturi fosthom il-pubbliku li jgħum, il-ħaddiema, ir-risoranti u t-turisti. L-awtoritajiet għandhom jitħallew jaħdmu.

Marlene Farrugia appellat biex issi ħidma kollettiva u biex il-partiti ma jibqgħux jiddependu mill-għotijiet ta’ ċertu investituri.