– Stephen Spiteri, PN
Id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri qal li l-ekonomija għandha tkun orjentata lejn il-ħolqien ta’ xogħol ta’ kwalità b’kundizzjonijiet tajbin.
Meta kien qed jitkellem fil-parlament dwar il-Jobsplus, Stephen Spiteri qal li l-pajjiż għandu jwassal lil kulħdd għall-milja tiegħu u għalhekk it-taħriġ hu l-bażi għall-ħaddiema.
Jobsplus hi importanti biex toħloq skemi u inizjattivi anki bi skemi mill-UE u bi strutturi biex iktar nies jitħarrġu fil-ġlieda kontra l-illitteriżmu.
Jeħtieġ li jkun hemm taħriġ fl-edukzzjoni bażika. Fil-pajjiż hawn popolazzjoni ta’ ċertu eta li ma rnexxielhomx ikunu esposti għall-IT u li llum qed isibuha diffiċli biex isibu impjieg. Il-Jobsplus għandha tirrikonoxxi dan l-aspett u jitħarreġ f’dan is-settur.
Illum dawn diversi setturi li qed isibu problemi biex jingaġġaw ħaddiema fosthom hawn nuqqsa ta’ snajja tradizzjonali. Hu tkellem fuq l-importanza tat-taħriġ vokazzjonali u qal li dawn il-ħiliet għandhom ikunu rikonoxxuti b’ċertifikati. L-apprentistat hu ta’ benefiċċji għas-setturi kollha.
Id-deputat Nazzjonalista tkellem fuq l-importanza li l-istudenti universitarji jkollhom taħriġ fix-xogħol u dwar il-ħtieġa li iktar persuni b’diżabbiltà jkunu integrati fid-dinja tax-xogħol. Problemi oħra huma marbuta mal-persuni jdumu perjodu twil bla xogħol, sostna Stephen Spiteri, li kompla li l-prekarjat u x-xogħol li qd jieħdu l-barranin mhux prijorità.
//= $special ?>