– Karl Gouder, PN
Id-deputat Nazzjonalista Karl Gouder appella biex l-awtoritajiet ma jibqgħu jagħti permess lil kull żviluppatur biex ikompli jibni fix-xhur tas-sajf għaliex dan qed jikkaġuna ħsarat irreparabbli lis-settur turtsiku f’Tas-Sliema u Sna Ġiljan. Dan minbarra problemi kbar lir-residenti.
Fl-Aġġornament Karl Gouder sellem lill-ex deputati Francis Zammit Dimech u George Pullicino għall-kontribut politiku li huma taw lill-pajjiż. Hu tkellem il-problemi fid-distrett tiegħu fejn hemm problemi ta’ akkomodazzjoni u żvilupp.
Jeħtieġ li f’dawn il-lokalitajiet ta’ Tas-Sliema u San Ġiljan ikun hmem bilanċ bejn ir-residenti u l-iżviluppaturi. Trid tingħata ħafna iktar importanza lir-residenti, sostna Karl Gouder, li kompla li l-kunsilli lokali tad-distrett kollha għamlu ħilithom biex jipprova iżommu l-lokalitajiet tagħhom indaf.
Karl Gouder semma d-Dipartiment tat-Tindif Pubbliku u qal li l-ħaddiema ta’ dan id-dipartiment huma mill-iktar dedikati beix Malta tinżamm nadifa.
Il-problema hi li ħadd ma jagħti kas tar-regoli li diġà jeżistu fejn fid-distrett hemm problema kbira kaġunata mill-iżvilupp kontinwu ta’ kostruzzjoni. Dan qed isir minħabba li l-awtoritajiet qed jagħtu ħafna permessi biex ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jitkomplew fis-sajf.
Karl Gouder qal li f’pajjiżi barranin il-proġetti kbar ma jikkaġunawx diffikultajiet lir-residenti fil-perjodu ta’ kostruzzjoni.
//= $special ?>