– Karol Aquilina, PN
Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina appella lill-Ministru għall-Ambjent biex tittieħed id-deċiżjoni dwar iż-żona ġdida għall-fish farms.
F’diskors fil-parlament dwar l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) Karol Aquilina qal li din ilha mwaqqfa biss ftit xhur wara l-qasma tal-MEPA. Hu qal li jeħtieġ li jkun hemm żieda fil-kapaċità tal-ħaddiema tal-ERA biex l-ERA tagħmel il-bidliet meħtieġa fis-setturi.
Hu qal li l-Oppożizzjoni trid li l-Ministru għall-Ambjent jagħmel suċċess iżda se tkun qed tikkritika u tieħu l-passi fejn hemm bżonn. Hu qal li l-ħatra ta’ Dr.Spiteri bħala CEO mhi konformi mal-liġi għaliex hu wieħed mill-membri tiegħu stess meta l-liġi tipprojbih milli jagħmel dan. Din is-sitwazzjoni għandha titranġa immedjatament biex ma jkunx hmem bidu irregolari tal-liġi.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li fil-qasam tal-ippjanar hemm sfidi kbar u sostna li fl-aħħar sena mhux il-kunsilli lokali u l-NGOs li qed jitkellmu dwar l-applikazzjoni iżda bdiet titkellem l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi. L-Awtorità fliet madwar 1000 appliakzzjoni għall-iżvilupp tul is-sena li għaddiet u 3,200 każ addizzjonali ta’ applikazzjonijiet li għandhom impatt ambjentali minimu.
Karol Aquilina qal l l-ERA għandha tagħmel pass ieħor billi tagħmel konsultazzjoni mal-kunsilli lokali u l-għaqdiet ambjentali fejn jidħol żvilupp. Dan għaliex qed ikun sitwazzjonijiet fejn kwistjonijiet ambjentali jwasslu għal kontroversji nazjonali.
Jeħtieġ li jkun hemm eżerċizzju ta’ informazzjoni dwar il-funzjonijiet tal-ERA, sostna Karol Aquilina, li tkellem dwar il-fishfarms fejn sostna li din hi industrija li bdiet minn xejn snin ilu meta l-investituri ħolqu din l-industrija. Bi ħsieb u azzjoni jistgħu jissolvew l-isfidi marbuta ma’ din l-industrija iżda hemm nuqqas ta’ deċiżjonijiet mill-ERA.
Sadattant fix-xlokk ta’ Malta hemm żona ġdida riżervata għall-fish farms li m’hemmx kontroversja dwarha. Kellha wkoll tinħoloq din iż-żona fil-grigal ta’ Malta biex il-problemi tal-irqajja fil-baħar ikunu eliminati. Mhux ġust li, minħabba li m’hemmx deċiżjoni, l-operaturi ma jistgħux ikabbru l-operat tagħhom. Hu appella lill-Ministru għall-Ambjent biex tittieħed id-deċiżjoni u jitwettaq il-ftehim diġà milħuq.
//= $special ?>