– Godfrey Farrugia, PD
Id-deputat tal-PN Godfrey Frarugia qal fil-parlament li fil-politika Maltija jeħtieġ li jkun hawn iktar politika umana u bla konfrontazzjoni.
Fl-Aġġornamnet Godfrey Farrugia qal li l-politika hi għodda biex isservi u qal li membru tal-Oppożizzjoni assoċjat mal-PD. Hu kompla li beix il-ħidma parkamentari tkun nobbli m’għandhomx isiru attakki personali bejn id-deputati fil-parlament.
Id-deputat kompla li s-sens komunitarju naqas fejn il-fus saru l-idoli tan-nies. Hu sostna li minkejja dan fis-soċjetà xorta baqa’ tajjeb. Is-soċjetà qed tispiċċa vittma tal-avvanzi li qed jirnexxielha tikseb.
Godfrey Farrugia sostna li fil-parlamnt llum hawn il-vuċi tat-tilet aprtit li qed titrasforma l-mod inħarsu lejen il-politika Maltija. Hu qal li rridu nħarsu lejn iċ-ċittadini bħala Maltin u mhux skont l-opinjoni politika, li titnaqqas il-qasma politika u li jitfejjaq il-partiġġjaniżmu.
Id-deputat Farrugia qal li hu kien attakkat minn diversi setturi tas-soċjetà iżda hu jaħfrilhom. Jeħtieġ politika iktar umli u iktar umana. Il-liġi tal-istandards fil-ħajja pubblika hi liġi iżda l-Kummissarju għaddu ma ntlaħaqx. Din se tkun kariga importanti ħafna u dan hu mument b’saħħtu li fih ikun hemm qbil dwar dan il-Kummissajru.
//= $special ?>