– Karl Gouder, PN
Id-deputat Nazzjonalista Karl Gouder tkellem fil-parlament dwar l-importanza tal-edukazzjoni fit-tul u qal li jrid isir djalogu dwar x’tip ta’ ekonomija l-pajjiż għandu bżonn u għandu jkollu għall-futur
Fid-dibattitu dwar Jobsplus Karl Gouder irrikonoxxa l-kisba li għamlu l-istudenti Maltin fil-Junior Achievement Young Enterprise u qal li iktar studenti li għandhom ikunu nkoraġġiti jipparteċipaw għaliex din l-esperjenza tipprepara lill-istudenti fid-dinja tax-xogħol.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-investituri Maltin jiġu Malta minħabba l-liġijiet Ewropej tajbin għall-kumpaniji, il-lingwa Ingliża li jitkellmu l-ħaddiema Maltin u l-ħiliet tal-ħaddiema Maltin.
Karl Gouder qal li għad hawn grupp ta’ nies li għalihom is-sistema edukattiva m’hix tajba. Dawn in-nies iridu jkunu identifikati biex dawn in-nies jimxu ‘l quddiem biex ħadd ma jibqa’ jiddependi fuq il-poltiċi biex isib l-impjieg tiegħu.
//= $special ?>