Żagħżugħ ta’ 22 sena mill-Mali inqabad jipprova jaħrab lejn l-Italja b’dokumenti foloz għax beża’ li kien se jintbagħat lura pajjiżu wara li ma ntlaqgħetx it-talba għall-ażil f’Malta. Hu kien ikkundannat għal tliet xhur ħabs.
Matenen Sisoko, li kien qed jgħix Ħaż-Żabbar, inqabad fl-ajruport waqt li kien se jipprova jaqbad titjira lejn Bari.
Huwa kien arrestat u tressaq quddiem il-Qorti tal-Maġistrati fejn kien akkużat li fit-2 ta’ Lulju kellu fil-pussess tiegħu passaport Ġermaniż maħruġ f’isem Shakir Ali Mohamed meta kien jaf li dan kien dokument falsifikat. Quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, iż-żagħżugħ ammetta l-akkużi miġjuba kontrih.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Darren Buhagiar filwaqt li l-Avukat Yanika Bugeja dehret għal Sisoko.
//= $special ?>