Lokali

Kunċert fuq tlett ijiem fiż-Żejtun

Alphaville, Chris Norman mill-grupp Smokie u Ira Losco huma uħud mill-kantanti li se jieħdu sehem waqt il-kunċert Beland ta’ din is-sena. Se jieħdu sehem wkoll il-bands; Brooks, Alex Grech, The Crowns u The Travellers.

Il-kunċert se jkun mifrux fuq tlett ijiem- mill-Erbgħa 5 ta’ Lulju sal-Ġimgħa 7 ta’ Lulju.

Il-Beland Music Festival s’issa hu l-uniku kunċert li jsir fin-nofsinhar ta’ Malta u din is-sena se jkollu dimensjoni differenti.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet ġie spjegat li din id-dimensjoni differenti tal-festival setgħet issir grazzi għal fondi minn naħa tal-Malta Arts Fund li permezz tiegħu se ssir kompetizzjoni għal dawk il-bands, gruppi li għadhom m’humiex daqshekk popolari. Dan bl-iskop li dawn il-bands jingħataw aktar pubbliċita u fl-istess ħin ikollhom ċans li jirbħu record deal.

Biex wieħed jattendi għal dan il-festival li din se tkun is-sitt edizzjoni tiegħu, wieħed irid jagħti donazzjoni ta €5.
Il-kunċert se jsir f’Bulebel, iż-Żejtun.