Id-deputat tal-PD Godfrey Farrugia qal li quddiem l-applikazzjoni tat-torrijiet fl-Imrieħel l-ERA żbaljat għax ma kinitx b’saħħitha biżżejjed biex toġġezzjona.
Fid-dibattitu parlamentari dwar l-ERA, Godfrey Farrugia qal li aktar ma jinqered l-ambjent aktar ikun hemm effetti negattivi fuq il-bniedem. Hu kompla li l-wirt ambjentali hu tal-ġenerazzjonijiet futuri. Iż-żona urbana ħarġet lil hinn mill-irħula u saru żbalji li wassal biex inqered ħafna mill-kampanja.
Id-deputat tal-PD qal li hu stenna aħjar fl-aħħar leġiżlatura fl-ambjent u semma l-proposta għall-bini ta’ erba torrijiet ta’ €70 fl-Imrieħel minn Tumas u Gasan. Dan qed jeqred l-ambjent taż-żona u se jkollu impatt negattiv irriversibbli.
L-istramba hi li hawn l-ERA m’għamlitx dmirha b’mod sħiħ. L-ewwel applikazzjoni kienet biex jinbena bini baxxa iżda idn inbidlet għal wħada ta’ torrijiet.
Dan sa rwara li l-policy daħlet minn wara dahar kulħadd. Saret kawża ġdida li intilef u l-ERA oġġezzjonat iżda qatt ma appellat mat-tribunal. Dan hu żball tal-mistħija, sostna Godfrey Frarugia, li appella biex ma jsirux żbalji oħra mill-ERA minħabba li kien hmem inħdil poliitku.
Godfrey Frarugia tkellem dwar saħħet il-familji u qal li dan ukoll jaqa’ taħt il-kompitu tal-ERA
//= $special ?>