Żagħżugħ ta’ 22 sena imwieled is-Serbja iżda residenti ż-Żebbuġ, Għawdex ingħata l-liberta’ bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien tliet snin wara li ammetta li lbieraħ ipprova jisraq mutur.
Fil-Qorti tal-Maġistrati f’Għawdex, ippreseduta mill-Maġistrat Paul Coppini, iż-żagħżugħ kien akkużat ukoll li volontarjament għarraq ħwejjeġ ta’ ħaddieħor, hedded persuna bil-fomm u kkaġunalha ġrieħi ta’ natura ħafifa.
L-imputat wieġeb ħati għall-akkużi kollha. Il-Qorti ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni għall-vittma.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.
//= $special ?>