Futbol Sport

Motta jġedded il-kuntratt ma’ PSG

Thiago Motta

Il-midfielder ta’ PSG Thiago Motta ġedded il-kuntratt tiegħu ma’ PSG.

Motta, li għandu 34 sena ġedded il-kuntratt b’sena u din l-aħbar tfisser li Motta se jkun qed jibqa’ jilgħab mal-klabb mill-belt kapitali Franċiża u mhux se jingħaqad ma’ klabbs oħra Ewropej li kienu nteressati fih.

Motta ilu sa mill-2012 jilgħab ma’ PSG u magħhom rebaħ diversi unuri fosthom erba’ darbiet il-kampjonat, erba’ darbiet it-tazza domestika, u erba’ darbiet is-Super Cup Franċiża.