L-Universitá ta’ Malta, flimkien mal-Universitá ta’ York fir-Renju Unit, se jwettqu programm ta’ riċerka dwar l-ammonti u l-effetti tal-iskart mormi fil-baħar.
Fl-istess waqt, l-istudenti se jkunu qed iwettqu tindif u jsir katalogar tal-ammont ta’ plastik li jinġabar mill-bajjiet. Dan il-proġett kien possibbli grazzi għall-għajnuna ta’ Mr Green, kumpanija tal-gaming ibbażata f’Malta li qed tiffinanzja l-opra tal-baħar li qed tintuża fil-proġett kif ukoll fil-manutenzjoni tagħha.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Mr Green, Jesper Karrbrink, qal li n-numru kbir ta’ nies li ġabet f’Malta baqgħu impressjonati bis-sbuħija tagħha iżda fl-istess waqt, jesprimu diżappunt għat-tniġġiż li qed isir bir-rimi ta’ skart fil-baħar.
Hu qal li għalhekk li Mr Green ħass il-ħtieġa li jagħti xi ħaga lura lil Malta li laqgħet lill-kumpanija.
//= $special ?>

