Lokali

Ordni biex jitneħħa l-poster tal-Aħħar Ċena

Billboard li fl-aħħar jiem qajjem kontroversja sħiħa

Dalgħodu sparixxa għal kollox il-famuż poster ta’ New Yorks’ Best illi fl-aħħar jiem qajjem kontroversja sħiħa minħabba li kien qed juri l-immaġini tal-Aħħar Ċena bl-appostli jieklu pizza, chips u burgers.

Ħafna kkummentaw fin-negattiv dwar din l-istrateġija ta’ marketing, filwaqt li oħrajn qalu li din tirredikola l-immaġini ta’ Ġesu’ Kristu. Oħrajn qalu li qed inkabbruha wisq, u ma hemm l-ebda lok li wieħed jiskandalizza ruħu.

Net News huwa infurmat li kien sid il-binja illi ta ordni sabiex jitneħħa dan il-billboard ta’ 12-il metru mill-post fejn kien imwaħħal.