Fil-Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu tal-Belt Valletta se jibda x-xogħol tal-pavimentar tal-irħam. Ix-xogħol se jibda wara l-festa li se tkun iċċelebrata il-Ħadd 16 ta’ Lulju.
Ix-xogħol mistenni jiswa’ man-nofs miljun ewro u mistenni jitlesta sa’ April tas-sena d-dieħla. B’hekk dan is-santwarju fil-Belt Valletta, għandu jtemm ix-xogħol kollu hekk kif l-ewwel ġebla tal-bini tagħha tpoġġiet fl-1958 u nfetħet fl-1981.
Patri Alex Scerri spjega li l-pavimentar għandu sinifikat partikolari.
//= $special ?>
