Nicola Rizzoli rtira minn referee u issa se jkun il-persuna nkarigata li tagħżel ir-referees tal-partiti ta’ tmiem il-ġimgħa fis-Serie A.
Hu se jkun qed jieħu post Domenico Messina. Rizzoli, li għandu 46 sena kien ikkontrolla l-finali tat-Tazza tad-Dinja bejn il-Ġermanja u l-Arġentina fl-2014. Sena qabel hu kien ikkontrolla l-finali taċ-Champions League bejn ir-rivali Bayern Munich u Borussia Dortmund.
L-aħħar logħba li kkontrolla kienet dik tad-9 ta’ Ġunju li għadda, logħba valida mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-2018 bejn il-Bożnija u l-Greċja.
Hu kien ilu jikkontrolla partiti tas-Serie A sa mill-2002.
//= $special ?>