Lokali

Xogħol ta’ Raymond Fenech jirbħu premju internazzjonali u nnominati għal premju fl-Istati Uniti

Raymond Fenech rebaħ l-ewwel premju fis-sezzjoni tal-Komponimenti fil-Kompetizzjoni Letterarja tal-tal-Adelaide Literary Magazine għall-2017 bix-xogħol tiegħu, The Mysterious Priest. Din il-kitba ġiet sottomessa fis-sezzjoni non-fiction. L-istorja bbażata fuq esperjenza paranormali vera li ġrat lil Fenech u l-martu waqt li kien għaddej minn trattament tal-kimoterapija u f’battalja kontra l-kanċer limfatiku.

Wara li inqara diversi drabi, fost ħafna sottomissjonijiet, il-kitba ta’ Fenech ħadet il-massimu ta’ mitt punt ibbażat fuq kreattività, premessa jew idea wara x-xogħol miktub, preżentazzjoni (ortografija, punteġġjatura, grammatika), struttura, stil u ton, tema, karattri u djalogu, komprenzjoni u koeranza u l-universalità tal-messaġġ.

Il-pubblikazzjoni ta’ Fenech ġiet ippublikata fuq l-internet fil-verżjoni tal-Adelaide Literary Award Anthology – Best of 2017 iżda huwa disponibbli wkoll fil-verżjoni stampata. Barra minn hekk, dan ix-xogħol ġie nnominat mill-Adelaide Literary Magazine għall-Premju Pushcart għall-2017 fl-Amerika.

Fl-istess ħin, l-editur tar-rivista, Stevan V. Nikolic, stieden lil Fenech biex ikompli jissottometti x-xogħol tiegħu lill-Adelaide Literary Magazine bħala kontributur regolari rikonoxxut.

Bħalissa Fenech qiegħed jaħdem fuq ktieb ta’ poeżiji f’żewġ lingwi, Nostalgia, ħolma li ilha 40 sena biex tinħema. Fil-ktieb ser ikun hemm antoloġija ta’ poeżiji bil-Malti miktubin minn Dr Michael Tanti Dougall, avukat tal-familja, u għażla ta’ poeżiji ġodda bl-Ingliż mill-awtur. Dan il-ktieb mistenni li jiġi varat is-sena d-dieħla.

Biex tara l-kitba onlajn tista’ tagħfas hawnhekk.