Diversi persuni għadhom ixxukjati bl-aħbar tal-mewt ta’ tifla ta’ 15-il sena minn Għawdex. Jessica Zahra kienet miż-Żebbuġ Għawdex u mal-aħbar tal-mewt ilbieraħ, kienu diversi l-messaġġi ta’ kondoljanzi mingħand in-nies li jafuha.
Fost il-messaġġi kien hemm dak mingħand oħt Jessica, fejn kitbet li m’hemm l-ebda kliem għal dak li għaddejin minnu. Kont l-aqwa oħt, se nibqgħu niftakru t-tbissima tiegħek.
Kitbet ukoll il-kantanta Audrey Marie Bartolo, fejn uriet ritratt ta’ Jessica li kienet akkumpanjata wkoll fuq il-palk tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza fl-2008, dakinhar kienet liebsa ta’ Anġlu.
Jessica kienet ukoll tħobb tiżfen, l-aktar fl-isfilati tal-Karnival f’Għawdex, hi kienet deskritta minn sħabha bħala persuna li dejjem tnissel tbissima f’dawk ta’ madwarha.
Jessica mietet l-isptar wara li ddaħlet meta l-kliewei ma baqgħux jiffunzjonaw.