Ilbieraħ billejl, ftit wara s-1am, il-Pulizija ġiet infurmata permezz ta’ rapport formali li iktar kmieni għall-ħabta tal-10:30pm, kienet seħħet ġlieda fil-Pjazza ta’ Buġibba bejn xi persuni.
Minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel Libjan li għandu 37 sena, residenti San Pawl il-Baħar, sofra ġrieħi gravi wara li allegatament qala’ daqqa ta’ tazza tal-ħġieġ f’rasu. Jidher li qabel ma safa’ aggredit, ir-raġel ta’ 37 sena, allegatament ipprova jwaqqaf grupp ta’ persuni, x’aktarx barranin milli jagredixxu żewġ persuni oħra li kienu bilqiegħda ħdejh.
Waqt dan l-argument, raġel ieħor li huwa Libjan ta’ 25 sena, residenti l-Gżira wkoll safa’ ferut u ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ħfief.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.
//= $special ?>