Lokali Parlament

FILMAT: L-Oppożizzjoni tivvota favur… Appell għall-għaqda nazzjonali favur il-liġi tal-ugwaljanza fiż-żwieġ

L-Oppożizzjoni vvutat favur il-liġi ta’ żwieġ bejn persuni tal-istess sess hekk kif illejla, din il-liġi għaddiet mit-Tieni Qari biex għada tibda d-diskussjoni fi stadju ta’ Kumitat u jittieħed il-vot finali nhar l-Erbgħa li ġej.

Meta kien qed jitkellem fil-parlament dwar l-ugwaljanza fiż-żwieġ, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qal li l-PN se jivvota favur din il-liġi għaliex il-komunità LGBTIQ jixirqilha l-ugwaljanza u appella għall-għaqda favur idn il-liġi tal-ugwaljanza fiż-żwieġ.

Hu sellem lill-komunità LGBTIQ li kienet fil-parlament u sostna li din hi liġi ta’ importanza nazzjonali u jixirqilha diskorsi ta’ importanza nazzjonali.

Hu qal li s-soċjetà titlob li d-deputati am jkunux partiġġjani iżd sens ta’ għaqda nazzjonali L-Oppożizzjoni se tivvota favur il-liġi għax diġà hawn liġi, dik dwar l-unjoni ċivili, li tagħti l-istess drittijiet u obbligi bħaż-żwieġ. Din kienet liġi fil-programm elettorali u għalhkek l-Opożizzjoni se tivvota fvaur. Hu qal li ma jisat xikun hemm free vote meta l-PN kien marbut b’wegħda elettorlai.

L-Istat għandu l-obbligu li jilleġiżla biex jagħti drititjiet ugwali liċ-ċittadini kollha, kif qed isir bil-liġi. L-akbar raġuni biex l-Oppożizzjoni tivvota favur hi li hekk hu sewwa, għaliex il-ġid komuni jitlob li l-PN ikun fvaur il-liġi u favur l-ugwaljanza li għandha tapplika għal kulħadd.

B’din il-liġi se tintlaħaq tragward fil-vjaġġ politiku, sostna Simon Busuttil, li qal li hu ta sehem żgħir biex id-drittijiet tal-Maltin jiżdiedu meta ħadem favur is-sħubija fl-UE. Il-Maltin kisbru drititjiet kbar ċivili li qabel ma kellhomx.

Simon Bsuttil qal li fil-parlament Ewropew hu ivvota favur drittijiet ta’ persuni gay. Hu qal li tgħallem ħafna dwar id-drittijiet li jixirqilhom il-persuni gay u kien sar il-kelliem tal-PPE dwar il-libertajiet ċivili.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li fil-bidu l-PPE kien jivvota jew jastjeni dwar il-gays iżda aktar tard kien jivvota favur. Hu sostna li fil-PN hmem ħafna persuni li huma gay, liema persuni huma parti integrali mill-PN. Il-kuxjenza tgħidli nivvota favur il-liġi, sostna Simon Busuttil, li qal li hu sodisfatt li l-aħħar diskors tiegħu fil-parlament bħala Kap tal-Oppożizzjoni hu dwar dan is-suġġett.

Dan hu vjaġġ tal-PN, partit li jirrispetta r-rieda tal-poplu kif għamel wara r-referendum tad-divorzju. Hu qal li xtaq li l-PN ivvota favur il-liġi tal-unjoni ċiivli iżda dan kien pass kmienuw siq għall-PN. Għakhkek flok ivvota kontra l-PN iddeċieda li jastjena.

Dan hu vjaġġ li jgħaddi minnu partit politiku, sostna Simon Busuttil, li qal li fl-2015 ivvota favur il-liġi dwar l-identità tal-ġeneru. Il-PN għadfda minn proċess sakemm il-PN issa se jivvota favur il-li;i tal-ugwaljanza fiż-żwieġ.

Il-PN minn dejjem kien tarka għad-drittijiet tal-bniedem f’Malta, inkluż għad-drittijiet ċivili. L-akbar konferma ta’ dan hi s-sħubija fl-UE, li fetħet il-bibien u t-twieqi għall-pajjiż. Dn hi sħubija li bidlet lill-pajjiż u lill-PN, bil-PL ikun kontra u baqa’ kontra anki wara. L-għażla għall-politiku Kattoliku prattikanti hi jikkunsidra li jrid jagħti drittijiet lil kulħadd mhux biss lil dawk li huma tal-istess reliġjon tiegħu.

Simon Busuttil kompla li l-PN hu mnebbaħ mit-wemmin tal-Knisja u partit Demokratiku Kristjan iżda dan ma jfissirx li l-PN hu partit konfessjonali jew il-partit li jaqbal f’kollox mal-Knisja. Hu qal li kien hemm okkażjonijiet ejn il-PN ma qabilx mal-Knisja u sostna li l-PN irid ikun hemm għall-kumplament tas-soċjetà li għandha twemmin differenti.

Il-Kap tal-PN kompla li din l-evulazzjoni seħħet f’diversi pajjiżi Erwopej fejn il-partiti jibdlu l-pożizzjoni tagħhom. Hu qal li d-deputtai għanhdom jikkunsidraw liema hu l-akbar ġid komuni li hi l-obbligu li tgħaddi jew li jkun hemm vot kontra minħabba t-twemmin tad-deputati.

Għall-PN din hi liġi delikata u sensittiva u l-PN għandu jikkunsidra jekk iridx jinqasam dwarha. Hu appella għall-għaqda fil-PN u għall-għaqda fost il-membri kollha tal-Kamra għaliex din hi liġi li jxirqilha l-għaqda nazzjonali.

Simon Busuttil qal li l-gvern seta’ indirizza aħjar il-kwistjoni dwar il-kliem omm u missier u sostna li dawn il-kliem m’għandhomx jitneħħew iżda magħhom għandhom jiżdiedu termini oħra bla ma jweġġa’ ħadd. Anki jekk l-emendi tal-Oppożizzjoni ma jgħaddux, il-PN se jivvota favurr il-liġi iżda ħadd m’għandu jkun imweġġa’ biex il-liġi tkun inklussiva.