Lokali

Identity Malta titlob lill-Pulizija biex jinvestiga wara diskrepanza – Impjegat sospiż

Ħaddiem tal-Identity Malta ammetta li ħa bejn €20,000 u €25,000 minn fondi fil-Unit tal-Passaporti.

Fi stqarrija s-Segretarjat Parlamentari għaċ-Ċittadinanzi qal li jirriżulta li meta t-tmexxija ta’ Identity Malta temmet proċess ta’ rikonċiljazzjoni, li jinkludi analiżi tal-irċevuti kollha maħruġa mill-Unit, kontra t-transazzjonijiet tad-depositi bankarji, instab li kien hemm diskrepanza fil-figuri.

Qal li sab fil-pussess ta’ impjegat responsabbli minn dawn it-transazzjonijiet irċevuti li kienu mbgħabsa.

Żied jgħid li l-ħaddiem offra li jrodd il-flus lura bil-kundizzjoni li ma jidħlux il-pulizija fil-każ, madanakollu Identity Malta sejħet lill-Pulizija biex tibda l-investigazzjonijiet meħtieġa.

Il-ħaddiem ikkonċernat qed ikun interrogat u jinsab sospiż.