– Claudio Grech, PN
Id-deputat Nazzjonlaista Claudio Grech qal li li kieku l-Gvern nieda proċess ta’ diskussjoni mal-Oppożizzjoni qabel ressaq il-liġi dwar l-ugwaljanza fiż-żwieġ, din il-liġi kineet tkun waħda li tgħaqqad.
Fid-dibattitu parlamentari dwar l-ugwaljanza fiż-żwieġ, Claudio Grech qal li element importanti fil-liġi hu d-diversità u li d-deputati mhumiex hemm biex jirrappreżentaw l-uniformità. Id-deputati qedin fil-parlament biex jirrappreżentaw il-qlub u l-imħuħ tan-nies.
Mhux se naċċettaw s-soppressjoni tad-diversità u kulħadd għandu juri tolleranza ta’ opinjonijiet differenti, sostna Claudio Grech, li kompla li iż-żwieġ bejn il-persuni tal-istess sess hu riflessjoni tal-liġi tal-unjni ċivili. Iżda din il-liġi tidħol f’iktar definizzjonijiet dwar l-estenzjoni tad-drittijiet tal-unjoni ċivili.
Claudio Grech qal li nħolqot liġi li tifred flok xi ħaġa li tgħaqqad u sostna li l-kunsiderazzjoni għandha tkun kif id-diversità tkun rappreżentata fil-proċess leġiżlattiv. Hu kompla li ma jistax ikun hemm preġudizzji f’dan il-proċess. Dan mhux argument ta’ fazzjonijiet politiċi iżda ta’ liġi, mingħajr preġudizzju.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li ma jistax ikun hemm tikketti fl-argumentazzjoni fid-dibattitu u żied li hawn problema ta’ tolleranza. Hu qal li kien ħażin li fil-passat kien dommna li tikkundanna li n-nies fuq it-twemmin politiku tiegħu iżda anki llum ma jistax ikun li jiddaħħlu domom oħra.
Claudio Grech qal li din il-liġi setgħet waslet iktar ‘l bogħod kieku kien hmem diskussjonijiet mal-Oppożizzjoni qabel. Hu żied li l-parlament għandu jirrikonoxxi li mhux kulħadd jaħbiha l-istess. Dan ma jfissirx li l-liġi m’għandhiex tgħaddi iżda għandu jkun hemm iktar rappreżentazzjoni tad-divesità u aktar fakulta li kulħadd ikollu l-fakulta li jesprimi l-opinjoni tiegħu bla ma mmorru lura għall-intolleranza.
//= $special ?>