Lokali Parlament

Il-PN qatt ma kien kontra l-komunità LGBTIQ

– Robert Cutajar, PN

Id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar sostna li l-PN qatt ma kien kontra l-komunità LGBTIQ iżda ried iktar konsultazzjoni dwar il-liġi tal-unjoni ċivili u ried jissalvagwardja l-interessi tat-tfal.

Meta kien qed jitkellem fil-parlament dwar il-liġi dwar l-ugwljanza fiż-żwieġ, Robert Cutajar qal li qal hu suġġett li joħloq konflitti u saħaq fuq l-importanza tal-ugwaljanza.

Hu staqsa għaliex il-gvern qed jgħaġġel biex jgħaddi din il-liġi meta din hi liġi sensittiva u delikata li se ġġib bidla fis-soċjetà.

Robert Cutajar ippropona li l-gvern imur quddiem il-Kumitat Soċjali tal-Parlament u sostna li l-Oppożizzjoni għamlet żball li ma nformatx biżżejjed meta astjeniet fuq l-unjoni ċivili għaliex fil-verità l-Opożizzjoni qatt ma kien kontra l-komunità LGTBTIQ.

L-iskop tal-PN kien li d-drittijiet tat-tfal ikunu salvagwardjati. Ma kinx żball li l-Oppożizzjoni astjeniet għaliex dan m’għamlitux biex tonqos mir-rispett lejn l-LGBTIQ iżda għax kienet temmen li kien hemm bżonn iktar konsultazzjoni.

Robert Cutajar kompla li l-liġi għandha tassigura li l-kliem ‘omm’ u ‘missier’ jitħallew fil-liġi u jiżdiedu termini oħra li jkun hemm qbil fuqhom.