– Beppe Fenech Adami, PN
L-Opożizzjoni trid biss ittejjeb il-liġi u twassal għall-kunsens fost kulħadd biex il-pajjiż ikollu liġi li tgħaqqad flok tifred.
Dan sostnih il-Viċi-Kap tal-Oppożizzjoni Beppe Fenech Adami meta kien qed jitklelem fil-parlamnet fi-dibattitu dwar il-liġi dwar l-ugwaljanza fiż-żwieġ.
Beppe Fenech Adami ddikjara li hu se jivvota favur din il-liġi u qal li l-vot quddiem il-parlament mhux sempliċi dwar liġi normali iżda vot ta’ kuxjenza.
Hu appella lid-deputati, lill-media u lill-poplu biex jifhem li kull fehma għandha tkun rispettata. Beppe Fenech Adami kompla li l-liġi hi waħda li tirriafferma stat ta’ fatt li diġà jeżisti.
Hu kompla li li l-liġi tal-unjoni ċivili daħħlet l-effetti kollha taż-żwieġ għall-persuni tal-istess sess f’unjoni ċivili. Id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet kollha taż-żwieġ diġà japplikaw għall-unjoni ċivli.
Il-Viċi-Kap tal-PN qal li hu d-deputati għandhom id-dover li jiddeċiedu favur il-ġid komuni u favur l-ordni pubbliku. Id-deputati jridu jagħrfu s-sinjali taż-żminijiet u għandu jkollhhom il-kurraġġ li jagħrfu fejn tkun inbidlet is-soċjetà.
Hu fatt li fis-soċjetà hawn mijiet jew eluf ta’ koppji tal-istess sess jinsabu f’relazzjoni li għanhdhom bżonn il-protezzjoni tal-liġi. Dawn in-nies għaddew minn tbatijiet minħabba li deputati, fosthom hu, kellhom jisimgħuhom iktar.
F’ġieħ ir-rispett lejn kulħadd, il-vot għandu jkun favur il-liġi. Ir-rebħa għandha ktun tad-diversità u tal-imħabba u mhux ta’ ħaddieħor. Din hi rebħa tar-rikonoxximent tan-nies li jinħabbu.
//= $special ?>