Lokali Parlament

Liġi diżonesta lil hinn mill-iskopijiet tagħha – Edwin Vassallo

– Edwin Vassallo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal li hu jirrispetta dak li jemmen fih u jrid jirrappreżenta lil dawk li ma jaqblux ma’ din il-leġiżlazzjoni iżda din hi liġi diżonesta lil hinn mill-iskopijiet tagħha; għalhkek se jivvota kontra.

Fid-dibattitu prlametnari dwar il-liġi dwar l-ugwaljanza fiż-żwieġ, Edwin Vassallo qal li hu se jivvota kontra din il-liġi għaliex din il-liġi tmur kontra l-loġika taż żwieġ bejn iż-żewġ sessi. Il-kontenut mhux l-ugwaljanza fiż-żwieġ. Din hi liġi imnissla fid-diskriminazzjoni u ma tneħħihiex.

Id-deputat Nazzjonalista qal li s-suġġett mhux iż-żewġ bejn persuni tal-istess sess u sostna li dawn il-liġijiet diġà huma magħrufa u għalhekk kull ma kellu jsir kien li jinbidel l-isem tal-liġi tal-unjoni ċivili.

Edwin Vassallo qal l-fatt hu li dan mhux żwieġ bejn koppji tal-istess sess u sostna li f’dan il-pajjiż ħadd m’għandu mandat elettorali biex idaħħal din il-liġi.

Hu qal li l-għanijiet miktuba tal-liġi huma biex timmodernizza ż-żwieġ u sostna li l-għan u l-isem tal-liġi ma jaqblux mal-kontenut. Din hi liġi li tindika skop bil-kontenut ifisser skop ieħor. Din hi liġi miktuba bid-diżonesta’ u b’qerq, sostna Edwin Vassallo, li kompla l-PL wiegħed xi ħaġa u għamel oħra.

Qabel l-elezzjoni ħadd ma wiegħed li l-kliem ‘omm’ u ‘missier’ se jitneħħew mil-liġi u jiġħu sostitwiti.

Fuq point of order il-Ministru Josè Herrera qal li l-kliem ‘omm’ u ‘missier’ mhux se jitneħħew mil-lingwaġġ għaliex il-leġiżlatur kull ma ried kien li jiddefinixxi iktar.

Id-deputat Nazzjonalista qal li kien ikun aħjar kienu l-Ministru Herrera wieġeb il-mistoqsijiet li għamillu qabel. Hu kompla li l-gvern mhux qed idaħħal l-ugwaljanza iżda qed jagħmel lil kulħadd l-istess.

Edwin Vassallo qal li l-politiku sar jiddeċiedi anki fuq il-ħajja b’din il-liġi u b’din il-liġi m’hemm rispett lejn id-drittijiet tat-tfal. Din hi l-bidu tat-tmiem tal-loġika fejn is-soċjetà kienet mibnija fuq l-imħabba li tnissel il-ħajja.

Kulħadd qed isir oġġett u l-istess f’din il-liġi, sostna Edwin Vassaallo, li qal li hu se jivvota kontra għax lil Joseph Muscat ma jafdahx li se jilqa’ l-emendi. Din hi l-bidu tal-manipulazzjoni tal-ħajja u twassal biex fil-futur tibda tkun aċċettata l-liġi tal-mewt.