Lokali

Mara tasal l-isptar fil-ħin biex twelled grazzi għall-Pulizija

Sitwazzzjoni ħelwa dalgħodu mill-Pulizija hekk kif għall-ħabta tad-09.00 Spettur u Kuntistabbli bdew il-ġurnata billi taw l-għajnuna lill-koppja biex tasal l-isptar biex il-mara twelled tarbija.

Iż-żewġ Uffiċjali kienu fi triqithom għall-ftuħ tal-attivitajiet li kienu se jsiru fil-Belt Valletta, b’rabta mal-ġimgħa ddedikata għall-Pulizija, meta waqt li kienu fil-vettura tas-servizz jistennew fit-traffiku, avvinċinahom raġel u talabhom l-assistenza peress li ġol-vettura miegħu, kellu mara li kienet waslet biex twelled u kellhom bżonn jaslu l-isptar kemm jista’ jkun malajr.

Mingħajr telf ta’ ħin, l-Ispettur, flimkien max-xufier skortaw u waslu fil-ħin, lill-koppja sal-Isptar Mater Dei u minn hemm komplew fi triqithom sabiex jattendu l-attivitajiet li kellhom pjanati dalgħodu, fi Pjazza Ħelsien.