Futbol Sport

Messi se jġedded il-kuntratt ma’ Barcelona

L-attakkant Lionel Messi laħaq ftehim biex iġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Barcelona sal-2021.

Il-kuntratt preċedenti li kellu l-plejer Arġentin kien se jiskadi sena oħra u issa dan se jġeddu bi tliet snin oħra. Messi se jiffirma l-kuntratt la darba jirritorna Spanja hekk kif hu bħalissa jinsab fuq qamar il-għasel wara li ġimgħa ilu żżewweġ lil Antonella Roccuzzo.

Jidher li fil-kuntratt se jkollu klawsola ta’ madwar 300 miljun ewro li l-klabbs iridu jħallsu jekk kemm-il darba jridu jakkwistawh.

Messi hu bla dubju wieħed mill-aqwa plejers fl-istorja ta’ Barcelona fejn magħhom rebaħ il-kampjonat tmien darbiet, erba’ darbiet iċ-Champions League u diversi drabi l-Ballun tad-Deheb fuq livell personali.
La darba jiskadi l-kuntratt ta’ Messi dan ikollu 34 sena.