Sarah Bonnici b’kanzunetta ġdida bl-isem ta’ “Breathe Your Love”, miktuba minn Kevin Borg u Simon Gribbe. Din il-kanzunetta qiegħda inħarġet minn K Records bil-koordinazzjoni ta’ Ironic PR & Artist Management.
Matul dawn l-aħħar xhur, hija sabet ruħha taħdem fuq kanzunetta ġdida, it-tieni waħda bil-għan li tindaqq mir-radjijiet lokali. L-ewwel waħda kienet “Bangwagon” fuq kliem ta’ Emil Calleja Bayliss u mużika ta’ Pamela Bezzina lura fl-2015.
Permezz ta’ stqarrija Bonnici qalet li tinsab kuntenta ħafna li kellha l-opportunità li taħdem fuq kanzunetta ma’ Kevin Borg, wieħed mill-aktar kantawturi reputabbli fix-xena tal-mużika pop.
Għalkemm il-kanzunetta se toħroġ b’mod uffiċjali fit-30 ta’ Ġunju t-tim ħasbu sabiex jaħdmu fuq vidjo tal-lirika, bil-għan li l-messaġġ tal-kanzunetta jasal għand in-nies permezz ta’ disinji u kuluri affaxxinanti.
Il-vidjo se jiġi ppubblikat fit-28 ta’ Ġunju 2017 u huwa produċut minn Jordan De Giorgio u Rebecca Barry f’isem DeeMedia.
“Breathe Your Love” tista tinstema’ u tinxtara fuq il-pjattaformi diġitali kollha.
//= $special ?>
