Lokali

In-Nazzjon 05.07.2017

In-Nazzjon jiżvela investigazzjonijiet internazzjonali li għaddejjin dwar kuntrabandu ta’ fuel fil-Mediterran u li fihom jissemmew Maltin. L-investigazzjonijiet qed jintensifikaw hekk kif qiegħed jirriżulta li qed jiżdied il-kuntrabandu tal-petrol, diesel u f’każi rari taż-żejt b’mod illegali bejn il-Libja u l-Italja, bl-epiċentru tal-kuntrabandu hu l-baħar fiz-zona tan-naħa t’isfel ta’ Malta.

Aħbar oħra ewlenija hi d-dibattitu fil-Parlament Ewropew li sar ilbieraħ dwar il-Presidenza Maltija hekk kif kienu ftit id-deputati parlamentari li attendew għal dan id-dibattitu.

In-Nazzjon ikompli jirrapporta d-dibattiti li għaddejjin bħalissa fil-Parlament f’seduti kemm filgħodu kif ukoll filgħaxija u li jittrattaw l-Awtorità tal-Ippjanar u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.

Fil-paġni tal-opinjonijiet illum insibu l-analiżi ta’ David Casa, Mark Anthony Sammut u Justin Schembri.