– Claudette Buttigieg, PN
Id-deputat Nazzjonalista appellat lill-gvern biex iwessa’ d-definizzjoni ta’ ‘omm’ u ‘missier’ fil-liġi iżda dawn m’għandhomx jinteħħew.
Meta kienet qed titkellem fid-dibattitu parlamentari dwar l-ugwaljanza fiż-żwieġ, Claudette Buttigieg qalet din il-liġi m’hix tellieqa għan-numri iżda parti minn proċess. Għalhekk m’għandu jsir l-ebda attakk kontra min mhux iħaddan dan il-proċess bl-istes smod kif iħaddnuh oħrajn.
Hi enfażizzat l-importanza tad-diversità u qalet li kien hemm nies li lilha ħafrula meta l-Oppożizzjoni astjeniet. Kien hemm min jien weġġajtu bil-pożizzjoni dwar l-unjoni ċivili, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li qalet li d-deċiżjoni favur l-unjoni ċivii għamlet differenza għal diversi nies li setgħu jidħlu b’mod formali f’relazzjoni uffiċjali rikonoxxuta minn kulħadd.
Claudette Buttigieg qalet li l-PN iħaddan persuni gays u transgender u sostniet li l-ebda naħa tal-Kamra m’għandha privileġġ dwar kif tinbidel is-soċjetà, li qed tinbidel b’rata ferm iktar mgħaġġla minn dak li d-deputati jaħsbu. Hi sostniet li l-Grupp Parlamentari tal-PN evolva biex jirrappreżenta lis-soċjetà.
Id-deputat Nazzjonalista kompliet li d-diskussjoni hi dwar l-imħabba u r-rispett iżda hu importanti li jkunu rispettati wkoll dawk li ma jaqblux mal-pożizzjoni dwr lil min persuna tħobb. HI kompliet li l-oġġezzjnijiet huma fuq l-użu ta’ terminoloġija li tista’ tkun aħjar. M’hemmx raġuni għaliex jitneħħew il-kliem ‘omm’ u ‘missier’ mil-liġi u l-Oppożizzjoni qed tipproponi li l-kliem ġodda għandhom jiżdiedu fil-liġi ida l-kliem ‘omm’ u ‘missier’ jinżammu.
Claudette Buttigieg qalet li l-Oppożizzjoni kienet pproponiet li jikkunsidra l-liġijiet taż-żwieġ iżda l-gvern baqa’ għaddej minn fuq l-Oppożizzjoni. B’din l-attitudni l-Gvern reġa’ fetaħ il-pjaga kollha. L-għażla għandha tibqa’ għaliex din tfisser diversità.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-gvened iweġġa’ lill-ommijiet u l-missirijiet kollha li huma mħassba dwar din is-sitwazzjoni. Hi pproponiet li jkun hemm kunsens għaliex il-gvern qed jieħu attitudni żbaljata. Kemm lesti tweġġgħu ommijiet u missirijiet?, staqsiet Claudette Buttigieg, li qalet li hi ma temminx li jitneħħew Jum l-Omm u Jum il-Missier.
L-Oppożizzjoni wasslet biex emendat il-kostituzzjoni kontra kull forma ta’ diskirminazzjoni
//= $special ?>