Matul is-sena li għaddiet kien hemm tnaqqis ta’ 4.4% ta’ nies li attendew fiċ-ċinema biex isegwu film. Dan għalhekk fisser li kien hemm 673,487 dħul għal total ta’ 391 film li ntwera matul is-sena li għaddiet.
B’kollox matul is-sena li għaddiet kien hemm attivi tmien ċinemas f’Malta u Għawdex . Dawn iċ-ċinema kellhom total ta’ 35 screens u 6,771 seat. 26 mit-teatri taċ-ċinema kienu aċċessibli għal persuni b’disabbilita`.
Kien hemm żieda ta’ 16-il film meta komparat mas-sena ta’ qabel. Kważi kwart tan-nies li marru fiċ-ċinemas għażlu film 3D.
74.8% tan-nies, raw films li oriġinaw mill-Istati Uniti, li laħqu 503,975, filwaqt li 144,638 minn nies raw films li oriġinaw minn pajjiżi li huma membri tal-Unjoni Ewropea.
Produzzjonijiet Maltin attiraw 11,036, ekwivalenti għal 1.6% mit-total. Fuq medja, il-produzzjoni Maltija ġiet murija għal ħin itwal minn films barranin. Dan ma għinx bejn id-dimanda għal films li oriġinaw mill-Istati Uniti u dawk li oriġinaw minn Malta.
It-tmien ċinema urew total ta’ 938 film show, li minnhom 78.7% kienu għall-ewwel darba li ntwerew. 64.0% ta’ dawn il-films li ġew murija kienu films mhux animati, filwaqt li films animati laħqu 17.5%.
L-iktar tliet films popolari fl-2016 kienu ‘Finding Dory’, ‘Deadpool’ u ‘The Secret Life of Pets’.
Is-sena li għaddiet, iċ-ċinema kellhom medja ta’ 187 ħaddiema, 84.0% minnhom kienu jaħdmu bħala part time.
//= $special ?>

