Lokali Parlament

Trid issir separazzjoni bejn l-istat sekulari u r-reliġjon

– Godfrey Farrugia, PD

Id-deputat tal-PD Godfrey Farrugia qal fil-parlament li trid issir separazzjoni bejn l-istat sekulari u r-reliġjon. Hu sostna li s-soċjetà tbiddlet u għalhekk l-għamla u r-rwol tal-membri tal-familja inbidlu. Hawn membri tas-soċjetà li qed ibatu f’dan il-faqar psikoloġiku.

Godfrey Farrugia qal li s-sess bioloġiku hu n-naturali iżda ħadd ma jista’ jimponi fuq ħaddieħor. Irridu naħsbu għad-diversità u favur l-ugwaljanza fiż-żwieġ, sostna Godfrey Farrugia, li staqsa għaliex ma tkabbarx aktar il-kunċett tal-għażla fil-liġi biex tissaħħaħ id-diversità.