Futbol Sport

Casillas iġedded il-kuntratt ma’ Porto

L-eksgowlkiper ta’ Real Madrid Iker Casillas ġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Porto.

Fi stqarrija li ppublika fuq il-profil elettroniku tiegħu Casillas esprima s-sodisfazzjon tiegħu wara li kien għadu kemm ġedded il-kuntratt tiegħu b’sena.

Il-kuntratt preċedenti li kellu kien se jiskadi matul dawn il-ġimgħat. Casillas, li għandu 36 sena ilu dawn l-aħħar żewġ staġuni jilgħab ma’ Porto.