Lokali Parlament

Il-Gvern ma jaċċetta ebda proposta tal-Oppożizzjoni dwar l-inklużjoni ta’ omm u missier

L-emendi kollha li l-Oppożizzjoni ressqet fl-istadju ta’ kumitat parlamentari dwar l-inklużjoni tat-termini omm u missier fil-liġi dwar l-ugwaljanza taż-żwieġ ma kinux milqugħa mill-Gvern.

L-iskop wara l-emendi tal-Oppożizzjoni kien biex tissaħħaħ l-ugwaljanza fejn il-Viċi-Kap tal-PN għall-Ħidma Parlamentari Mario de Marco spjega li l-Opożizzjoni ma tridx iddgħajjef il-kunċett tal-ugwaljanza għax hi favur l-użu ta’ kliem favur l-ugwaljanza iżda temmen li għandha żżid l-għażla flok issir biss definizzjoni uniformi għal kulħadd.

Il-Ministru Helena Dalli qalet li ma taqbilx mal-għażla kif proosta mll-Oppożizzjoni għax il-gvern jemmen f’termini newtrali dwar il-ġeneru. Dan mhux supermarket! sostniet l-Ministru Dalli. L-emendi tal-Oppożizzjoni m’għaddewx wara li l-membri tal-Gvern ivvotaw kontra.

L-Oppożizzjoni kienet rappreżentata mill-Viċi-Kap Mario de Marco u mid-deputati David Agius, Jason Azzopardi, Edwin Vassallo u Therese Comodini Cachia. Għall-gvern ipparteċipaw il-Ministru Helena Dalli u d-deputati Edward Zammit Lewis u Robert Abela. Il-kumitat parlametentari kien presedut md-deputat Laburista Stefan Zrinzo Azzopardi.

Il-kumitat iddiskuta wkoll id-drittijiet tat-tfal dejn ideputat Nazzjonalista Jason Azzoprdi qal li l-Opożizzjoni qed issostni li l-liġi qed tesponi bil-kbir lit-tfal u qed issir ħsara lid-drittijiet tat-tfal għaliex issa tneħħew iċ-ċirkostanzi għaċ-ċaħda tal-missier li qabel kienu oblbigatorji fil-liġi. Issa kull parti mill-konjugi tista’ tagħmel rikors għaċ-ċaħda tat-tfal bil-possibbiltà li t-tfal jispiċċaw m’huma ta’ ħadd u ma jkollhomx dritt għall-manteniment.

Jason Azzopardi kompla li kull wieħed mill-konjugi jista jagħmel rikros biex jiżad.

Id-deputat Laburista Edward Zammit Lewis wieġeb li mhux kull min jiftaħ il-kawża se jkollu suċċess fit-talba tiegħu. Mhux possibbli li ssir kawża miż-żewġ partijiet u t0tnejn ikollhom raġun.

Il-kumitat iddiskuta l-proċess tat-testijiet ġenetiċi bl-Avukat Ġenerali jsostni li dan it-test hu l-akbar prova dwar il-paternità tal-ulied. Dan minħabba li llum dan it-terst jagħti ċertezza assoluta dwar il-paternità.

Il-kumitat aġġorna għal għada l-Ġimgħa fis-2 p.m.