Lokali

Il-mejjet kien identifikat bħala raġel ta’ 34 sena minn Ħal Qormi; x’aktarx kawża tad-droga

Ir-raġel instab mejjet il-bieraħ f'binja li għadha fi stat ta' kostruzzjoni

Ir-raġel li nstab mejjet il-bieraħ f’Ħal Qormi għandu 34 sena u hu minn Ħal Qormi stess.

Ir-raġel instab mejjet f’binja li għadha fi stat ta’ kostruzzjoni f’Ħal Qormi u jirriżulta li kien ilu mejjet għal aktar minn jumejn.

Jirriżulta wkoll li l-mejjet kien magħruf mal-Pulizija u kien anke jabbuża mid-droga għal snin twal. Mhux magħruf jekk il-kawża tal-mewt kienitx propju minħabba t-teħid tad-droga.

Hu nstab f’xaft li kien mimli filata bl-ilma, u nstabu wkoll xi oġġetti fuq il-katavru.

Dwar dan il-każ inħatar Maġistrat tal-Għassa li ħatar diversi esperti beix jassistu fil-każ.

Hekk kif daħal ir-rapport, il-Pulizija marru mal-ewwel fuq il-post, flimkien ma’ membri tal-Protezzjoni Ċivili, u Pulizija tal-forensika, u mill-Investigazzjoni Kriminali sabiex jinvestigaw b’mod partikolari il-post fejn instab il-katavru.