Lokali Parlament

Il-Parlament jibgħat ittra ta’ kondoljanzi bi żball

Il-mara tal-eks Deputat Joe Cassar irċeviet ittra ta’ kondoljanzi bi żball, li suppost kellha tintbagħat lill-mara ta’ eks-Deputat ieħor.

L-ittra kellha tintbagħat lill-mara tal-Maġistrat Emeritu u eks-Deputat Joe Cassar li miet fit-2 ta’ Mejju li għadda.

Iż-żewġ Joe Cassar servew fil-Parlament Malti, fi ħdan Gruppi Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista. Filwaqt li l-eks Deputat Joe Cassar, magħruf bħala ‘Peppinu’, serva fi Gvernijiet immexxija minn Eddie Fenech Adami u aktar tard inħatar Maġistrat, l-eks Deputat Joe Cassar serva fi Gvern immexxi minn Lawrence Gonzi.

F’kummenti ma’ The Malta Independent, Joe Cassar iċċajta dwar dan l-inċident waqt li qal li jifhem li dan kien żball ġenwin.

Ritratt fuq: L-eks Deputat Joe Cassar li rċieva l-ittra bi żball. Ritratt isfel: L-eks Deputat Joe Cassar li miet fil-bidu ta’ Mejju li għadda.