Il-kumpanija tal-e commerce Taljana magħrufa bħala Stockisti, b’sege legali f’Malta taħt l-isem ta’ STK Europe Unlimited, ġiet sekwestrata bħala parti minn investigazzjoni mill-Pulizija Taljana u l-Uffiċċju tad-Dwana ta’ Ruma dwar allegazzjonijiet ta’ evażjoni legali li tista’ tlaħħaq il-€50 miljun.
Stockisti hi meqjusa bħala waħda mill-kumpaniji ewlenin tal-e commerce fl-Italja b’bejgħ ta’ affarijiet teknoloġiċi mis-sit stockisti.com għal prezzijiet irħas mis-soltu.Il-kumpanija, li hu kkalkulat li tiġġenera €250 miljun kull sena, tbiegħ diversi prodotti fosthom mobiles, TVs, consoles kif ukoll logħob.
Il-Pulizija Taljana tinsab fil-pussess ukoll ta’ diversi interċettazzjonijiet li jinvolvu tliet kummerċjalisti u kolloburatur fiskali tal-kumpanija. Jidher ukoll li bdiet sensiela ta’ arresti.
S’issa jidher li mill-inqas 10 persuni ġew arrestati, inħarġu miżuri kawtelari fil-konfront ta’ 18-il persuna oħra u 8 persuni bħalissa qed jiġu mfittxija mill-awtoritajiet.
Il-Pulizija jemmnu li l-kumpanija kien jirnexxielha tbiegħ prodotti teknoloġiċi bi prezzijiet irħas mill-kompetituri propju grazzi għall-evażjoni tat-taxxa.
Jirriżulta li STK kienet qed tinnomina azjenda konċessjonarja għall-Italja, bl-għan li l-kontrolli min-naħa tal-awtoritajiet tat-taxxa jsiru iżjed diffiċli anke billi tinħeba ħafna mid-dokumentazzjoni amminsitrattiva.
//= $special ?>

