Futbol Sport

Trasferimenti – Lehmann lura ma’ Arsenal u Kameni ma’ Fenerbahce

Lehmann se jerġa' jaħdem ma' Arsenal

L-eksgowlkiper ta’ Arsenal Jens Lehmann se jirritorna mal-Gunners din id-darba hekk kif se jkun qed jaħdem fl-istaff tekniku bħala kowċ tal-gowlkipers.

Lehmann kien ħalla lil Arsenal fl-2008 meta dakinhar iffirma ma’ Stuttgart wara li dam ħames snin jilgħab mal-Gunners.

Il-gowlkiper veteran Carlos Kameni ingħaqad ma’ Fenerbahce. Kameni ffirma kuntratt ta’ tliet snin mal-klabb Tork.

Kameni kien ilu sa mill-2012 jilgħab ma’ Malaga u issa hu mistenni jisfida lil Volkan Demirel għal post bejn il-lasti ta’ Fenerbahce.

Matul il-karriera tiegħu Kameni lagħab ma’ diversi timijiet fosthom Le Havre, Saint-Etienne u Espanyol.

Ta’ min jiftakar li Fenerbache huma taħt it-tmexxija ta’ Aykut Kocaman li rritorna mal-klabb matul ix-xahar li għadda għat-tieni esperjenza tiegħu mat-tim.