Lokali

Il-Perit Vincent Cassar jingħata il-Midalja Presidenzjali tar-RIBA

Iċ-Chairperson tal-Bord tal-Ippjanar, il-Perit Vincent Cassar ingħata l-premju tal-Midalja Presidenzjali tar-RIBA  mir-Royal Institute of British Architects.

Dan il-premju prestiġjuż ingħata lill-Perit Cassar aktar kmieni din il-ġimgħa hekk kif ġew rikonoxxuti il-kisbiet li wettaq tul ħajtu kif ukoll l-influwenza li ħalla fil-professjoni tiegħu kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment.

Preżentament huwa qed iservi bħala l-President tal-Commonwealth Association of Architects (CAA) kif ukoll kien il-President tal-Kamra tal-Periti.