Internazzjonali

Mill-anqas 10 suldati maqtula f’karozza bomba

Mill-anqas 10 suldati Eġizzjani nqatlu, fosthom kurunell, u diversi oħra ndarbu f’żewġ attakki suwiċida li saru fuq checkpoints tal-armati fin-naħa ta’ Fuq ta’ Sinai. Ħadd għadu ma ħa responsabbilta` għaż-żewġ attakki imma s-suspetti huma li kienu l-ISIS.

Dawn l-attakki darbu wkoll 26 suldati. L-armata qalet li nqatlu 40 militanti u ġew meqruda 6 vetturi wara li seħħ l-attakk. L-Eġittu qed iħabbat wiċċu ma’ attakki minn terroristi tal-Istat Islamiku, bil-konsegwenza li mijiet ta’ suldati u pulizija sfaw maqtula.