Lokali

In-Nazzjon 07.07.2017

L-istorja ewlenija ta’ In-Nazzjon tittratta kumpanija tal-e commerce Taljana b’sede legali f’Malta li ġiet sekwestrata bħala parti minn investigazzjoni mill-Pulizija Taljana tal-Uffiċċju tad-Dwana ta’ Ruma dwar allegazzjonijiet ta’ evażjoni legali li tista tlaħħaq is-somma ta’ €50 miljun.

Stejjer oħrajn f’In-Nazzjon jittrattaw il-pożizzjoni li ħa l-Gvern li ma jaċċettax l-emendi tal-Oppożizzjoni għall-emendi dwar il-liġi taż-żwieġ, l-azzjonijiet industrijali fl-Air Malta, vandaliżmu minn folla ta’ Serbi f’San Pawl il-Baħar u dwar il-katavru misjub f’Ħal Qormi aktar kmieni din il-ġimgħa.

Fil-paġni tal-opinjonijiet insibu l-analiżi ta’ Joe M. Zahra u r-riflessjoni ta’ Fr Mario Attard.