Lokali

Serb ferut gravi wara ġlieda kbira f’Paceville

Mhux eskluż li l-persuni involuti kienu qed isegwu l-partita f'Malta ta' Red Star Belgrade

Matul il-lejl li għadda, għall-ħabta tas-1am il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm persuna mitluqa mal-art fi Triq Elija Żammit, San Ġiljan.

Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post fejn, fil-fatt, sabu raġel mitluq mal-art li ma kellux ġrieħi viżibbli iżda beda jilmenta minn xi uġigħ.

Minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li allegatament, ir-raġel kien involut fi ġlieda bejn numru ta’ persuni, x’aktarx barranin.

Ir-raġel li huwa Serb u għandu 31 sena ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn iktar tard huwa ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Consuelo Scerri Herrera li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.