Mas-sebħ tal-Ġimgħa kienu għadhom jinħassu l-effetti tat-terrimot li laqgħat iċ-ċentru tal-Fillippini. It-terrimot kellu qawwa ta’ 6.5 fuq l-Iskala Richter u hemm tal-anqas żewġ persuni mejta. Hemm ukol tal-anqas 72 oħra midruba. Membri tas-salvataġġ salvaw 13-il persuna li kienu maqbudin f’bini kummerċjali li waqgħa f’Kananga, fil-gżira Leyte. Din il-belt tinsab viċin l-epiċentru.
L-iskejjel kollha f’Leyte jinsabu magħluqin hekk kif l-awtoritajiet qiegħdin jeżaminaw il-ħsara li saret. Xi residenti ħarġu barra minn djarhom bil-paniku hekk kif ħassew it-terremot. Iż-żewġ vittmi kienu mara ta’ tmintax-il sena li mietet wara li ntlaqtet minn affarijiet li waqgħu f’Leyte, u persuna oħra li nħarġet minn bini li waqgħa f’Kananga.
It-terrimot għamel diversi ħsarat lil djar u skejjel u ħalla xquq fit-toroq. Titjiriet ġew imħassra lejn u minn Leyte.
//= $special ?>

