Lokali

Ajruplan tal-Air Malta jagħmel inżul ta’ emerġenza fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta

Ajruplan tal-linja tal-ajru nazzjonali, l-Air Malta, li kien ġej minn Ġinevra lejn Malta b’170 passiġġier u 6 membri tal-ekwipaġġ abbord kellu jagħmel l-inżul tiegħu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta taħt miżuri ta’ emerġenza.

Dan għaliex f’mument minnhom il-kaptan rrapporta li kellu problema teknika fl-ajruplan, aktarx fl-isteering tal-ajruplan.

Malli daħal ir-rapport, immedjatament intbagħtu ambulanzi kif ukoll membri tal-Protezzjoni Ċivili bħala prekawzjoni għal dak kollu l iseta’ jinqala’. Madankollu, fortunatament kollox intemm b’wiċċ il-ġid, bil-kaptan jirnexxielu jniżżel l-ajruplan u jiżgura s-sigurtà ta’ dawk kollha abbord.