Matul il-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt ingħata bidu għall-CONCACAF Gold Cup u kienu l-Kanada u l-Costa Rica li bdew l-impenji tagħhom b’rebħiet kontra French Guiana u l-Honduras rispettivament.
F’partita li offriet sitt gowls il-Kanada rebħu 4-2. Dawn tal-aħħar kienu fil-kontroll assolut sal-ewwel siegħa fejn kienu diġà 3-0 minn fuq.
Kien fit-28 minuta meta l-Kanada fetħu l-iskor. Minn free kick ta’ Arfield, kien JAKOVIC li b’xi mod tefa’ l-ballun fix-xibka biex skurja anke l-ewwel gowl tiegħu man-nazzjonal.
Qabel tmiem l-ewwel taqsima l-midfielder ta’ Burnley ARFIELD idroppja l-iskor meta skurja b’xutt minn barra l-kaxxa li għeleb lill-gowlkiper Leon.
Mas-60 minuta dawn għamlu l-iskor 3-0 u din id-darba kien DAVIES li skurja. Kien hawn fejn French Guyana stenbħu u skurjaw darbtejn. Fid-69 minuta l-ewwel kien CONTOUT li naqqas id-distakk u PRIVAT skurja b’tap-in wara li rċieva mingħand Abelinti.
Imma kif dawn kienu qed jittamaw f’rimonta DAVIES skurja ieħor lejn it-tmiem biex issiġilla l-konfront.
Issa l-Kanada għandhom logħba ferm aktar diffiċli nhar it-Tlieta kontra l-Costa Rica.
Fil-logħba l-oħra l-Costa Rica rebħu 1-0 kontra l-Honduras bl-uniku gowl jiskurjah Marco URENA b’volley mill-isbaħ.
//= $special ?>