Futbol Sport

Futbol – Il-leġġendi tal-futbol jingħaqdu ma’ Infantino għall-partita ta’ ħbiberija

F’dawn l-aħħar jiem diversi eksplejers u plejers meqjusa bħala leġġendi tal-futbol ingħaqdu flimkien mal-President tal-FIFA Gianni Infantino u flimkien fil-belt ta’ Brig fl-Iżvizzera lagħbu diversi partiti ta’ ħbiberija.

Fl-iSportplatz Geschina, tliet timijiet lagħbu kontra xulxin biex filwaqt li jiġbu flus għall-karità jagħtu spettaklu lil ħafna partitarji tal-futbol li attendew biex jerġgħu jaraw fl-azzjoni plejers li jiftakru fis-snin tal-imgħoddi jew inkella plejers li jiffurmaw parti mit-tim li jżommu miegħu huma.

B’kollox kien hemm tliet timijiet, wieħed Żvizzeru (minħabba li Infantino hu mill-Iżvizzera), wieħed Taljan u ieħor bi plejers minn madwar id-dinja.

Din mhux l-ewwel darba li l-President tal-FIFA, Infantino organizza logħba. Sena u nofs ilu meta hu kien inħatar fil-kariga minflok l-eks President Sepp Blatter ukoll kien organizza xi ħaġa simili. Infantino lagħab mat-tliet timijiet.

Għall-partiti li ntlagħbu f’dawn l-aħħar jiem ħadu sehem:

Gianni Infantino, Zvonimir Boban, Onofre Costa, David Trezeguet, Ivan Cordoba, Dwight Yorke, Predrag Mijatovic, Clarence Seedorf, Leonardo, Mattias Grafstrom, Michel Salgado, Dida, David Suazo, Marco van Basten, Ji-Sung Park, Diego Maradona, Sulley Muntari, Stephane Chapuisat, Blaise Piffaretti, Pascal Zuberbuhler, Daniel Gygax, Ciriaco Sforza, Gurkan Sermeter, Alexandre Rey, Johan Lonfat, Yvan Quentin, Xavier Margairaz, Toni Esposito, Rinaldo Arnold, Philippe Hertig, Patrick Muller, Nico Hischier, Raphael Wicky, Michel Pont, Jean Paul Brigger, Paolo Maldini, Gennaro Gattuso, Marco Materazzi, Ciro Ferrara, Guiseppe Bergomi, Alessandro Del Piero, Evaristo Beccalossi, Christian Abbiati, Antonio Cassano, Gianluigi Buffon, Fabio Pisacane, Franco Annoni, Pietro Vierchowod, Dino Baggio, Falvio Fare, Francesco Carbone, Christian Vieri u Demetrio Albertini.