Il-ħatra tal-editur tal-Orizzont f’kariga fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru f’Kastilja hi konferma ta’ kemm Joseph Muscat jiżra l-firda fost il-poplu Malti u Għawdxi, u li l-kliem kollu dwar għaqda nazzjonali hu biss paroli għal quddiem il-kameras.
Sostna dan il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija b’reazzjoni ghall-ahbar ta’ din il-hatra.
Fil-jiem ta’ wara l-elezzjoni ġenerali, l-istess Josef Caruana rċieva l-kundanna tal-Prim Ministru Joseph Muscat innifsu għal-lingwaġġ użat fl-Editorjali tal-ġurnal kontra l-Partit Nazzjonalista, kontra l-media indipendenti u anke kontra l-Arċisqof Mons Charles Scicluna.
Issa Muscat wera kemm dawn l-editorjali kellhom l-appoġġ totali tiegħu għax qed jipremja l-editur tal-Orizzont b’impjieg f’Kastilja flok jikkundanna l-aġir tiegħu u jiddiżassoċja ruħu minnu.
Il-PN qal li bl-editorjali tiegħu fl-aħħar xhur – attakki feroċi kontra l-Partit Nazzjonalista, l-ġurnalisti individwali, il-Knisja u kull min jazzarda jesprimi opinjoni f’dan il-pajjiż – leditur tal-Orizzont żera’ firda kbira fil-poplu Malti u Għawdxi.
L-istqarrija tkompli li l-poplu Malti jixtieq l-għaqda iżda din ma tistax tinkiseb bil-paroli iżda bilfatti. Sfortunatament bl-azzjonijiet tiegħu, il-Prim Ministru kontinwament jiżra’ l-firda.
//= $special ?>

