Lokali

Nexia BT issa l-aġent biex tippromwovi l-programm ta’ residenza u visas għal Malta fil-Lvant Nofsani

Brian Tonna u Karl Cini ta' Nexia BT
Skont is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia ħadd mill-kumpanniji m'appella wara din id-deċizzjoni li applikaw biex jieħdu din l-iskema.

Nexia BT, il-kumpannija li fetħet il-kumpanniji sigrieti fil-Panama ta’ Konrad Mizzi u ta’ Keith Schembri, ġiet inkarigata li tieħu ħsieb il-promozzonijiet tal-Gvern tal-Malta Residence and Visa Programme, programm li jieħu ħsieb jagħmel din il-promozzjoni fil-pajjiżi tal-Lvant Nofsani.

Il-gazzetti lokali The Times of Malta u The Malta Independent fi stejjer separati rrapurtaw dan fejn qalu li dan ġie rrapurtat fuq il-website tan-Nexia BT nhar il-5 ta’ Lulju fejn fiha saru xi tibdiliet. Din l-iskema mhux sinonima mal-iskema tal-bejgħ tal-passaporti Maltin. L-applikant għandu jħallas Eur 30,000 bħala ‘kontribuzzjoni’ biex il-konċessjonarji f’dan il-kaz Nexia BT taħt dan il-progamm jirċievu Eur10,000 ghal kull applikazzjoni suċċess. Fost il-bidliet li ġew introdotti f’dan il-programm, hemm id-definizzjoni ta’ “dipendenti” fejn issa ulied ta’ applikanti jistgħu jibbenefikaw minn dawn l-iskemi sa ma’ jkollhom 26 sena.

Skont is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia ħadd mill-kumpanniji li applikaw biex jieħdu din l-iskema m’appella wara din id-deċizzjoni.

Biex persuna tapplika għal programm tal-Visa u tar-residenza, persuna minbarra li trid tkun ċittadina ta’ pajjiż barra mill-Unjoni Ewropea, jrid ikollu tal-inqas 18-il sena, b’kondotta nadifa u jikkometti ruħu li se jipprovdi prova ta’ titolu ta’ propjetà skont il-kriterji tal-istess skema.

Il-kumpanija Nexia BT immexxijja minn Brian Tonna, kienet fil-qofol tal-kontroversja tal-Panama Papers li ħarġu b’rabta mal-kumpannija Mossack Fonsceca. L-Istitut Malti tal-Accountancy l-MIA beda proċeduri biex Brian Tonna jitneħħa minn membru wara l-iskandlu tal-Panama Papers.