Fl-ewwel laqgħa ta’ bejniethom, il-President tal-Istati Uniti Donald Trump u dak Russu Vladimir Putin laħqu qbil inizjali dwar is-Sirja iżda mhux dwar l-allegat hacking fl-elezzjonijiet Amerikani.
Huma tkellmu f’laqgħa bejniethom waqt is-summit tal-G20 li qed isir f’Hamburg fil-Ġermanja, fost protesti vjolenti qrib il-post fejn qed isir is-summit.
Jidher li dwar is-Sirja hemm qbil bejn Trump u Putin biex ikun hemm waqfien mill-ġlied li mistenni jibda minn għada l-Ħadd 9 ta’ Lulju.
Dwar l-allegat hacking fl-elezzjonijiet presidenzjali tal-Istati Uniti, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Russu Sergei Lavrov qal li Donald Trump aċċetta dak li qallu Putin li r-Russja ma kellha l-ebda involviment.
Temi oħra li ġew diskussi kienu jinkludu wkoll it-terroriżmu u l-kriminalità fuq l-internet.
//= $special ?>