Lokali

Tifla ta’ tliet snin bi grieħi gravi wara li waqgħet minn fuq bandla

Tifla ta’ tliet snin ta’ nazzjonalità Awstraljana ndarbet gravi wara li ġiet irraportata li waqgħet minn fuq bandla f’Misraħ San Ġorġ il-Belt Valletta.

Il-Pulizija qalu li l-inċident seħħ għal ħabta tat-20.00 meta għal xi raġuni t-tifla waqgħet minn fuq il-bandla. It-tifla kienet mal-ġenituri tagħha.

It-tifla ttieħdet l-isptar fejn ġiet iċċertifikata li ġarrbet ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.