Sport Sport Ieħor

UEFA FUTSAL CUP – Grupp diffiċli għal Luxol St Andrews

Iċ-champions Maltin tal-Futsal lokali Luxol St Andrews ittellgħu biex jilagħbu fi Grupp Ċ tar-rawnd Preliminari tal-UEFA Futsal Cup għall-staġun li ġej.

Fil-polza li telgħet f’Lyon iċ-Champions Maltin saru jafu li se jkollhom jaffrontaw liċ-champions Awstrijaċi Diamant Linz, iċ-champions tal-Maċedonja KMF Shkupi 1927 u Maccabi Tel Aviv tal-Iżrael.

Il-logħob kollu tal-Grupp se jintlagħab fl-Awstrija bejn it-22 u s-27 ta’ Awwissu.
Min jirbaħ il-grupp jgħaddi għar-rawnd prinċipali tal-UEFA Futsal Cup bil-logħbiet isiru f’Ottubru.